Merħba għall-Biofuel Cities!

Merħba għall-biofuel-cities.eu - il-one-stop-shop tiegħek għall-informazzjoni u l-iskambju dwar l-applikazzjoni fuq skala wiesgħa tal-bijofjuwils likwidi kif ukoll dawk li fihom il-gass.

Agħfas fuq il-links hawn taħt sabiex tiskopri direttorju ta' l-Ewropa kollha dwar il-proġetti u l-attivitajiet tal-bijofjuwil; tgħallem dwar aħbarijiet interessanti u avvenimenti futuri; agħmel aċċess għaċ-ċentru tar-riżorsi tagħna tal-bijofjuwils, li fih tagħrif dwar il-politika, il-leġislazzjoni, it-teknoloġija u aktar. Agħmel kuntatt ma' l-atturi prinċipali tal-bijofjuwils permezz ta' faċilitajiet online li joffru opportunitajiet ta' ġemellaġġ, kooperazzjoni fuq proġetti u ta' netwerking. Xi uħud minn dawn l-aspetti huma esklussivi għall-parteċipanti tal-Biofjuel Cities European Partnership (l-Isħubija Ewropea ta' l-Ibliet tal-Biofuel), għaldaqstant irreġistra illum! Il-parteċipazzjoni hija bla ħlas u mingħajr obbligazzjoni.

Din il-websajt hija parti mill-Isħubija Ewropea tal-Biofuel Cities aktar wiesgħa, forum għan-nies indipendenti u b'interess fil-qafas tal-bijofjuwil u l-vetturi effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija. Il-Sħubija Ewropea tal-Biofuel Cities hija pjattaforma għall-introduzzjoni tal-bijofjuwils madwar l-Ewropa illi tieħu kont tal-katina kompluta mill-materjal li jingħalef għall-produzzjoni tal-bijofjuwils, id-distribuzzjoni u l-utilizzazzjoni fil-flotot tal-vetturi. Hija appoġġjata mill-Proġett tal-Biofuel Cities li jirċievi l-fondi mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-lingwa prinċipali ta' din il-websajt hija l-Ingliż, madankollu, sensiela ta' informazzjoni hija disponibbli fil-lingwi l-oħra. Kun af aktar hawn taħt!


1. Biofuel-cities.eu - Il-websajt

2. Biofuel-cities.eu - Taqsima ta' aċċess ristrett

3. Bijofjuwils - Is-suġġett

4. Biofuel Cities - Għanijiet

5. Biofuel Cities  - Aspetti offruti

6. Il-Sħubija Ewropea tal-Biofuel Cities hija għalija?

7. Biofuel Cities  - Fatti dwar il-Proġett

1. Biofuel-cities.eu - Il-websajt

Il-websajt tal-Biofuel Cities għandha żewġ livelli ta' aċċess, wieħed li huwa miftuħ għall-pubbliku u t-taqsima ta' l-aċċess ristrett għall-parteċipanti ta' l-Isħubija Ewropea tal-Biofuel Cities.

It-taqsima ta' l-aħbarijiet, 'Newsroom', toffri l-aħħar informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-bijofjuwil fl-Ewropa. Hawnhekk inti ukoll għandek l-opportunità li tabbona għall-e-newsletter ta' l-Aġġornament tal-Biofuel Cities. Ibgħatilna l-aħbarijiet tiegħek (bl-Ingliż) u aħna inkunu kuntenti li nippublikawha b'link għal aktar informazzjoni fil-lingwa tiegħek. Sensiela ta' materjal huwa disponibbli ukoll fil-lingwi l-oħra, primarjament il-Franċiż, il-Ġermaniż u l-Pollakk.

Fit-taqsima ta' l-avvenimenti, 'Events', inti għandek aċċess għad-dettalji kollha dwar l-avvenimenti tal-bijofjuwil importanti fl-Ewropa, inkluż il-laqgħat ta' gruppi organizzati mill-Isħubija Ewropea tal-Biofuel Cities. L-avvenimenti fil-lingwa tiegħek jistgħu jkunu disponibbli! Aħna nkunu ferhanin ukoll li nippubblikaw ix-xandiriet ta' l-avveniment tiegħek (bl-Ingliż - b'link għal aktar informazzjoni fil-lingwa tiegħek), kemm tibgħatilna e-mail.

Id-direttorju tal-proġetti u l-attivitajiet , 'Proġetti u Attivitajiet', huwa direttorju interattiv tal-proġetti u l-attivitajiet relatati ma' l-applikazzjoni tal-bijofjuwils fl-Ewropa. Sib il-proġetti fil-pajjiż tiegħek, permezz tal-mapep online u t-tfittxijiet fuq id-database.

Taħt il-paġna 'About', inti tista' issib aktar dwar il-proġett Biofuel Cities u l-proġett sieħba, b'informazzjoni disponibbli bil-Franċiż, il-Ġermaniż u l-Pollakk.

Fl-aħħar ta' kull paġna, inti għandek l-opportunità li tikkuntattjana billi tikklikkja fuq 'Contact' u jkollok l-opportunità li tiżviluppa flimkien din il-websajt u s-Sħubija Ewropea tal-Biofuel Cities billi timla l-formola bl-informazzjoni li tingħata lura, 'Feedback'.

Lura 'l fuq

2.    Biofuel-cities.eu - Taqsima ta' aċċess ristrett

Din it-taqsima hija esklusivament għall-parteċipanti fl-Isħubija Ewropea tal-Biofuel Cities.

'My Biofuel Cities' hija l-ispazju online tiegħek sabiex iżżid jew tbiddel daħliet fiċ-Ċentru tar-Riżorsi, Lista ta' Kuntatt u Direttorju ta' Attivitajiet u Proġetti. Agħmel il-preżenza tiegħek tinħass mill-parteċipanti l-oħra permezz ta' aġġornamenti regolari tad-dettalji u r-riżorsi tiegħek.

Librerija tar-riżorsi,'Resource Centre' taħżen mijiet ta' dokumenti, links, preżentazjonijiet u riżorsi utli oħrajn sabiex tagħtik appoġġ. Sistema interattiva li hija ħafifa sabiex tintuża tiżgura li inti ssib kollox malajr u tippermettilek tapplowdja u tippreżenta d-dokumenti tiegħek stess. Ir-riżorsi fil-lingwi Ewropej kollha jistgħu jkunu nklużi. Dan huwa ukoll il-post sabiex issib dokumenti interni ta' l-Isħubija Ewropea, programmi u riżultati tal-laqgħat ta' gruppi, ġiti ta' studju u attivitajiet oħrajn.

L-Online networking huwa possibbli taħt 'Biofuel Cities Partnership Facility' - hawnhekk inti issib għodod sabiex tagħmel skambju, taqsam informazzjoni, issib sieħba għall-proġetti u kooperazzjoni, bħall-mailing list interattiva jew l-informazzjoni ta' kuntatt tal-parteċipanti l-oħra.

Lura 'l fuq

3.    Biofjuwils - Is-suġġett

Fl-10 ta' Jannar 2007 il-Kummissjoni Ewropea żvelat politika dwar l-enerġija integrata u l-protezzjoni tal-klima fil-komunikazzjoni tagħha "Politika ta' l-Enerġija għall-Ewropa". Il-pakkett ta' proposti jinkludi pjan sabiex titwaqqaf mira li torbot li sa' l-2020 għal ta' l-inqas 10% tal-fjuwil tal-vetturi fl-Unjoni Ewropea jiġi minn bijofjuwils. Il-għan huwa li tkun avvanzata l-kompettività ta' l-Ewropa, ikun protett l-ambjent, u jkun żgurati l-provvisti futuri ta' l-enerġija.

Il-bijofjuwils għandhom rwol uniku fil-politika ġdida ta' l-enerġija ta' l-Ewropa. Illum is-sistema tat-trasport ta' l-Ewropa hija kważi dipendenti bis-sħiħ fuq iż-żejt, il-biċċa l-kbira tiegħu importat minn swieq volatili. Sabiex titnaqqas din id-dipendenza, hemm bżonn ta' diversifikazzjoni tas-sorsi ta' l-enerġija. Il-bijofjuwils huma l-uniku sostitut dirett għaż-żejt fit-trasport illi illum huwa disponibbli fuq skala kbira.

Il-bijofjuwils jistgħu jikkontribuxxi ukoll għat-trasport aktar sostenibbli. Is-settur tat-trasport huwa l-akbar sors li qiegħed jikber ta' emissjonijiet ta' gassijiet li jżidu t-tisħin fl-atmosfera. Il-bijofjuwils huwa wieħed mill-ftit miżuri - flimkien mat-titjib fl-effiċjenza tal-vettura - li joffru l-prospett prattiku fiż-żmien medju ta' tnaqqis tal-gass li jżidu t-tisħin fl-atmosfera fuq skala kbira fis-settur tat-trasport.

Madankollu, għadhom jeżistu sfidijiet f'relazzjoni mal-applikazzjoni sostienibbli tal-bijofjuwils, per eżempju id-domandi fuq l'art jew l'użu ta' pjanti genetikament modifikati. Il-vantaġġi 'nett' tal-bijofjuwils jiddipendu fuq il politika li tgverna il-produzzjoni u l-użu tagħhom. Biofuel Cities trid tikontribwixxi għal dawn il-vantaġġi.

Lura 'l fuq

4.    Biofuel Cities - Għanijet

Il-proġett tal-Biofuel Cities jiżviluppa u jżomm l-'Isħubija Ewropea tal-Biofuel Cities' sabiex juri l-użu fuq skala wiesgħa ta' teknoloġiji ġodda u innovattivi tal-bijofjuwils. Il-Biofuel Cities jkopri l-katina kompluta mill-materjal li jingħalef għall-produzzjoni tal-bijofjuwils, id-distribuzzjoni u l-utilizzazzjoni fil-flotot tal-vetturi. L-Isħubija Ewropea tal-Biofuel Cities hija mwaqqfa bil-għan li ssir istituzzjoni permanenti.

Il-Biofuel Cities jaħdem sabiex

  • jibni Sħubija Ewropea għall-iskambju u n-netwerking dwar l-applikazzjoni tal-bijofjuwils;
  • jagħmel stima indipendenti tar-riċerka & l-iżvilupp u l-proġetti tad-demostrazzjoni fuq il-bijofjuwils u l-politika tal-mobilità sostenibbli;
  • joffri appoġġ permezz ta tagħrif, avvenimenti, għodod u pubblikazzjonijiet.

Lura 'l fuq

5. Il-Biofuel Cities - Aspetti Offruti

Il-proġett tal-Biofuel Cities

  • jikkordina l-Isħubija Ewropea tal-Biofuel Cities, forum għan-nies indipendenti u b'interess fil-qasam tal-bijofjuwils u l-vetturi effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija;
  • iżżomm dan il-websajt;
  • jipprovdi avvenimenti u faċilitajiet online li joffru opportunitajiet ta' ġemellaġġ, kooperazzjoni tal-proġett, u ta' netwerking;
  • jorganizza laqgħat ta' gruppi ta' l-esperti u ġiti ta' studju li juru eżempji prattiċi ta' l-applikazzjoni tal-bijofjuwil;
  • iwassal newsletters u sensiela ta' pubblikazzjonijiet sabiex jipprovdi informazzjoni dwar l-iżviluppi tal-bijofjuwil, inkluż il-każijiet ta' prattika tajba, gwida u rapporti;
  • jiżviluppa għodod għall-monitoraġġ, standardizzazzjoni tal-bijofjuwils u l-applikazzjoni tal-bijofjuwil.

Il-parteċipanti ta' l-Isħubija Ewropa għandhom aċċess sħiħ għas-servizzi u l-benefiċċji kollha. Il- parteċipazzjoni hija mingħajr ħlas u ma twassal għal ebda obbligu.

Lura 'l fuq

6. L-Isħubija Ewropea tal-Biofuel Cities hija għalija?

Il-Biofuel Cities jikkordina l-Isħubija Ewropea tal-Biofuel Cities, forum għan-nies indipendenti u b'interess kollha fil-qasam tal-bijofjuwils u l-vetturi effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija.

L-Isħubija Ewropea tilqa' utenti aħħara potenzjali u attwali tal-bijofjuwils, per eżempju gvernijiet lokali u utenti aħħarin kummerċjali, negozjanti fil-katina tal-provvista sħiħa tal-bijofjuwils, mill-fornituri tal-materjal li jingħalef sa' l-investituri fl-industrija tal-vetturi; riċerkaturi, rappreżentanti tal-gvern nazzjonali u supra-nazzjonali u għaqdiet ta' l-istandardizzazzjoni, kif ukoll assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet mhux governattivi u l-mezzi tax-xandir attivi fis-settur tal-bijofjuwils.

Il-parteċipanti jgawdu minn

  • informazzjoni aġġornata dwar, u aċċess faċli għal, proġetti tal-bijofjuwils u atturi fl-UE;
  • aċċess għall-għerf ittestjat u prattika tajba;
  • għodod sabiex isibu iffinanzjar, investiment, u sieħba tal-proġetti;
  • links għall-informazzjoni tas-suq, eż prezzijiet tal-fjuwil, il-materjal li jingħalef, vetturi;
  • skambju ta' esperjenza ma' pari oħra kif ukoll ma' nies indipendenti b'interess oħra;
  • opportunitajiet li jinfluwenzaw politika u kriterji, speċjalment fuq livell ta' l-UE.

Is-servizzi jinkludu

  • aċċess sħiħ għall-websajt tal-Biofuel Cities;
  • skambju ma' pari oħrajn permezz tal-mailing list interattiva tal-Biofuel Cities, kif ukoll abbonamenti għall-e-newsletter ta' l-Aġġornament tal-Biofuel Cities u n-newsletter stampata tal-Biofuel Cities Quarterly;
  • aċċess ħieles għal aktar servizzi u prodotti, bħall-laqgħat ta' gruppi, ġiti ta' l-istudju u pubblikazzjonijiet.

Il-parteċipazzjoni hija bla ħlas u ma twassalx għal xi obbligi. Sempliċiment imla l-formola tar-reġistrazzjoni.

Lura 'l fuq

7. Biofuel Cities- Fatti tal-Proġett

Il-Proġett ta' l-Biofuel Cities jibda min-nofs l-2006 sa' nofs l-2009. Huwa proġett ta' "Azzjoni ta' Koordinazzjoni" iffinanzjat mis-Sitt Programm Qafas tar-Riċerka ta' l-Unjoni Ewropea, taħt l-Attività "Fjuwils Alternattivi tal-Mutur: Biofuel Cities".
 
Il-Biofuel Cities inġieb lilek minn seba' imsieħba illi jaqsmu esperjenzi uniċi u estensivi mhux biss fuq ir-riċerka tal-bijofjuwils u l-applikazzjoni u l-mobilità sostenibbli, iżda ukoll fuq il-bżonnijiet speċifiċi tal-gvernijiet lokali, l-intrapriżi, kif ukoll fuq il-ħtiġiet għall-istima u l-komunikazzjoni.

Lura 'l fuq